Segwi l-filmat: L-Arċisqof ibierek l-għerusija ta’ koppji żgħażagħ

Il-Ħadd filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona bierek l-għerusija ta’ koppji li se jiżżewġu matul din is-sena. Dan sar waqt quddiesa organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

F’kummenti li ta lil Newsbook, Fr Joe Mizzi, id-direttur tal-moviment ta’ Kana, qal li l-quddies kienet dominata mis-sehem tal-koppji żgħażagħ.

Wara l-quddies, il-koppji kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-Arċisqof, li minn naħa tiegħu bierek l-għerusija tagħhom wieħed wieħed.

Il-quddiesa saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.