Segwi l-filmat: Dak li ġara fil-Parlament jispiċċa fit-teatru

L-avvenimenti politiċi li seħħew fl-aħħar xhur żgur kisru r-rutina, u xi kultant il-monotonija, tal-politika. Voti parlamentari, battibekki bejn deputat u ieħor, u riżenji ta’ ministri fost oħrajn, żgur li għamlu l-2012 bħala sena pjuttost partikolari.

Dan serva ta’ ispirazzjoni għal Albert Marshall, biex kiteb id-dramm doku-buffu ‘L-Indemonjati u Maltin Oħra’.

Mimli botti b’referenza għall-avvenimenti politiċi li ġraw, dan it-tip ta’ teatru mhux xi wieħed komuni f’Malta.

‘L-Indemonjati u Maltin Oħra’ se jittella’ fit-teatru Manoel bejn il-Ġimgħa 22 u l-Ħadd 24 ta’ Frar.

Ritratti u filmat: Daniel Balzan