It-tieni daħna sewda mill-Kappella Sistina

Għat-tieni darba, miċ-ċumnija tal-kappella Sistina deher ħiereġ duħħan iswed, ifisser li l-Papa l-ġdid għadu mhux magħżul. Din it-tieni daħna waslet għal ħabta ta’ 11:39am.

Filgħodu, il-kardinali ċċelebraw quddies flimkien, u jsegwi talb fil-Kappella Sistina.

Illum nistgħu naraw massimu ta’ darbtejn id-duħħan joħroġ miċ-ċumnija, anke jekk isiru erba’ votazzjonijiet.

Segwi b’mod dirett:

Huma jerġgħu jiltaqgħu fil-Kappella Sistina għal ħabta tal-4pm, u jerġgħu jivvutaw darbtejn, u d-duħħan mistenni joħroġ fis-7.30pm

Jekk id-duħħan joħroġ fl-10.30am jew fil-5.30pm ikun ifisser li ġie elett Papa.

Il-115-il Kardinal fil-preżent qed jgħixu ġewwa l-lukanda Santa Marta, fil-Vatikan stess. Huma jgħixu hemmhekk matul il-konklavi, mingħajr kuntatt mad-dinja ta’ barra.

Jekk il-Papa ma jiġix elett sa nhar il-Ġimgħa, il-Kardinali jagħmlu ġurnata ta’ talb u riflessjoni nhar is-Sibt, qabel ma jerġgħu jivvutaw.