“Segwa anzjan u sabbtu mal-art”; jinżamm taħt arrest

Raġel li segwa anzjan ta’ 81 sena u sabbtu mal-art biex jipprova jisirqu baqa’ jinżamm taħt arrest fuq talba tal-Qorti. Dan minkejja li wieġeb mhux ħati għall-akkużi

L-aggressur  li għandu 33 sena u joqgħod Ħaż-Żebbuġ qed jiġi akkużat b’serq aggravat u li weġġa’ ħafif vittma anzjana. Hu ġie akkużat li wettaq dawn il-kriminalitajiet waqt li kien qed jiskonta sentenza sospiża u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħata f’Marzu li għadda. Hu nstab ukoll riċediv.

Il-Prosekuzzjoni sostniet li lbieraħ, għall-ħabta tal-11am, l-aggressur segwa lill-anzjan fil-Marsa u pprova jisirqu, malli l-anzjan irreżista imbuttah għal mal-art bil-konsegwenza li darbu ħafif.