Segretarju personali ġdid għal Papa Franġisku

Wara l-ħatra ġdida mill-Papa Franġisku għal Monsinjur Alfred Xuereb, issa l-Papa Franġisku ħatar segretarju personali ġdid Yoannis Lahzi Gaid, qassis tal-Insara Kopti.
Din hija l-ewwel darba li qassis li ma jsegwix ir-rit Latin kien maħtur bħala segretarju personali tal-Papa.
Yoannis Lhazi Gaid huwa diġa magħruf għat-traduzzjoni bil-lingwa Għarbija tal-katekeżijiet waqt l-udjenzi ġenerali tal-Papa Franġisku.
Aktar qabel, Mons. Alfred Xuereb inħatar bħala Prelat Segretarju Ġenerali għall-Ekonomija tas-Santa Sede.