Segretarju Ġenerali ġdid għall-FORUM

Waqt laqgħa tal-FORUM Unions Maltin, Franklin Barbara ġie elett Segretarju Ġenerali ġdid.

Din il-kariga kienet tħalliet vakanti wara li Paul Pace ħa l-kariga ta’ President, wara r-riżenja ta’ John Bencini.

Barbara ġie elett b’vot unanimu tal-11–il unjin li jiffurmaw il-FORUM.