Seedorf maħtur kowċ ta’ Deportivo La Coruna

L-eks plejer ta’ Ajax, Milan, Inter u Sampdoria Clarence Seedorf ser jerġa’ jmexxi tim fl-Ewropa wara li l-klabb Spanjol ta’ Deportivo La Coruna kisbu s-servizzi tiegħu. 
Wara l-esperjenza qasira ma’ Milan bħala kowċfl-istaġun 2013-2014, Seedorf mar imexxi lit-tim Ċiniż ta’ Shenzen.
F’sitwazzjoni fejn hu kien bla klabb, it-tim mill-belt ta’ La Coruna ħatrulill-Olandiż li b’hekkħa post Cristobal Parraloilli ma rnexxielux jaqla’ lill-klabb min-naħa t’isfel tal-klassifika ta’ La Liga Spanjola.
Deportivo jinsabu t-tielet mill-aħħar u hekk kif fadal 16-il partita Seedorf għandu biċċa xogħol iebsa illi jtella’ lit-tim iktar skaluni fil-klassifika. 
Jgħinu bħala assistent hemm ukoll Valerio Fiori illi kien jilgħab bħala gowlkiper ma’ Milan u Lazio fil-passat.