Seduta parlamentari kruċjali dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jiltaqgħu f’seduta speċjali s-Sibt f’ġurnata deċiżiva dwar il-futur ta’ Brexit.

Il-Parlament Ingliż jew aħjar il-House of Commons, se jitlaqa’ fid-19 t’Ottubru wara is-Summit tal-Unjoni Ewropea meqjus bħala l-aħħar ċans biex jintleħaq ftehim qabel l-31 t’Ottubru.

Jekk jintleħaq ftehim, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jitlob il-Membri Parlamentari biex japprovaw il-ftehim, jekk dan ma jseħħx, hemm numru ta’ xenarji li jistgħu jidħlu fis-seħħ li jinkludu r-Renju Unit jitlaq mingħajr ftehim jew li jitwaqqaf il-proċess kollu ta’ Brexit.