Seduta diferita minħabba l-festa tal-patrun tal-avukati

Is-seduta li tinvolvi d-distrett ta’ Ħaż-Żabbar fis-17 ta’ Diċembru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo se tkun diferita għall-25 ta’ Frar, 2020. Dan minħabba li dik il-ġurnata hija l-festa tal-patrun tal-professjonisti legali, San Ivo.

Permezz ta’ notifika, il-Qorti avżat ukoll li l-kawża Pulizija vs Reuben Bugeja mid-distrett tal-Ħamrun li kienet għas-sentenza, se tkun posposta għat-18 ta’ Diċembru 2019.

San Ivo huwa l-Qaddis patrun tal-avukati u tat-tfal abbandunati. F’għeluq is-700 sena anniversarju mit-twelid tiegħu San Ġwanni Pawlu II kien qal li San Ivo kien jippromwovi l-ġustizzja imparzjali u kien jiddefendi d-drittijiet ta’ dawk l-aktar foqra.

Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt mad-Deputat Reġistratur Nadia Ciapparra fuq nadia.ciappara@gov.mt jew fuq 25902409.