Seba’ xhur priġunerija wara li serqu mowbajl jiswa €1,000

Żewġ Rumeni ngħataw sentenza ta’ seba’ xhur priġunerija wara li ammettew li serqu mowbajl b’valur ta’ madwar €1,000 minn stabbiliment f’Paceville.
L-irġiel, wieħed ta’ 33 sena u l-ieħor ta’ 30 sena kienu arrestati wara li l-mowbajl instab fil-pussess ta’ wieħed minnhom ftit ħin wara li ġrat is-serqa.
Il-qorti semgħet dwar id-danni li qed jikkawżaw dawk deskritti bħala Roaming Organised Criminals, li qed jisirqu oġġetti ta’ valur, speċjalment minn turisti.
Il-Pulizija bdiet tagħmel investigazzjonijiet biex tegħleb iż-żidiet ta’ gruppi mobbli, li hu komuni li jduru f’pajjiżi Ewropej biex iwettqu dawn it-tip ta’ reati.