Seba’ xhur priġunerija fuq prostituzzjoni

Mara ta’ 47 sena mill-Belt Valletta ngħatat sentenza ta’ seba’ xhur priġunerija wara li ammettiet l-akkużi ta’ tlajjar bi skopijiet ta’ prostituzzjoni u li heddet uffiċjali tal-pulizija.

Il-każ imur lura għal Lulju li għadda meta żewġ pulizija nisa lemħu lill-mara titlajja għal skop ta’ prostituzzjoni u kif arrestawha rreżistiethom bi vjolenza.  Irreżistiet ukoll żewġ pulizija oħra li marru biex jassistu lill-kollegi tagħhom.

Il-mara ġiet akkużata wkoll li kisret il-paċi pubblika u li ma obdietx l-ordnijiet tal-pulizija.