Seba’ xhur ħabs talli pprova jisraq minn forn

Libjan ta’ 34 sena ingħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs wara li nqabad jisraq €125 minn forn f’Birżebbuġa.
Ir-raġel li deher fil-qorti bi black eye inżamm mill-furnar stess waqt il-ħin tas-serqa.
Hu ammetta li attakka lill-furnar, seraq mill-forn u li sar riċediv.