Sebgħa tobba mixlija bi qtil involontarju ta’ tifla ta’ sentejn

Seba’ tobba ġew mixlija bi qtil involontarju ta’ tifla ta’ sentejn. Aimee Abela mietet bil- meninġite fl-isptar Mater Dei.

Fi Frar ta’ sentejn ilu, ittieħdet l-isptar St James għax kellha l-istonku mqalleb. Wara li ngħatat il-mediċina, ttieħdet lura d-dar. Minħabba li jum wara xorta kien għad għandha d-deni, iċ-ċkejkna ingħatat tip ta’ mediċina differenti, u wara ttieħdet l-isptar Mater Dei.

Għal xi raġuni t-test tal-urina tat-tifla ma tteħidx għall-eżaminazzjoni fil-laboratorju, u ma ngħatatx l-antibiotiċi li kellha bżonn.

L-omm kompliet tinsisti li t-tabib li kien l-ra lit-tifla oriġinarjament, u li wkoll jaħdem l-isptar Mater Dei, jerġa jinvistaħha.

Tkellmet ukoll ma’ tabib ieħor, li qal li t-tifla kellha infezzjoni kkawżata minn batterji. Meta qalet dan lill-ewwel tabib, dan qalilha li kien hu li kellu jiddeċiedi x’kellha t-tifla.

It-tip ta’ infezzjoni li ħadet il-ħajja tat-tifla tista’ turi ċertu sintomi, u tista’ ma tidhirx.