Seba’ snin ħabs u multa ta’ €15,000 fuq traffikar ta’ droga

Brian Joseph Mangion minn Ħal Qormi ngħata sentenza ta’ seba’ snin ħabs u ġie mmultat €15,000 wara li ammetta, minflok għadda ġuri, li ttraffika r-raża tal-kannabis filwaqt li kien ukoll fil-pussess tad-droga kannabis u kokajina.

Il-każ imur lura f’Mejju ta’ tmien snin ilu meta l-Pulizija sabet id-droga fid-dar tal-akkużat, wara li raġel ieħor kien arrestat. Dan qal lill-Pulizija li kien se jixtri d-droga m’għand l-akkużat.