Seba’ snin ħabs talli seraq biex iħallas għal kura ta’ martu

Glen Debattista ntsab ħati u ntbgħat seba’ snin ħabs wara li ammetta li seraq ammont ta’ flus kontanti minn diversi pompi tal-petrol biex iħallas għall-kura ta’ martu, illum mejta, li kienet qed tbati minn kanċer.

Debattista ta’ 54 sena minn Santa Venera, seraq madwar €13,000 minn ħames pompi tal-petrol filwaqt li prova jisraq minn tlieta oħra. Miegħu ġew akkużati ibnu Ryan Debattista u Matthew Portelli ta’ 27 sena minn San Ġwann.
L-akkużat wieġeb ħati wkoll, li flimkien mat-tlieta l-oħra, serqu żewġ vetturi, diversi pjanċi tar-reġistrazzjoni u €4000 f'għodda minn ħanut f’Birkirkara

Fi Frar li għadda Debattista ammetta li seraq diversi ġojjelli antiki li jammontaw għal €330,000.  

Ryan Debattista wkoll wieġeb ħati u ngħata sentenza ta’ sentenjn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Il-każ ta’ Portelli għadu għaddej.

Glen Debattista sar ukoll reċidiv minn diversi sentenzi mogħtija mill-Qorti.