Seba’ Maltin arrestati f’Għawdex fuq droga

Seba' Maltin ġew arrestati mill-pulizja f'Għawdex aktar kmieni llum. 

Dan wara li l-pulizija ġiet infurmata li raġel ta’ 39 sena li kien flimkien ma sħabu fuq btala f’Għawdex f’farmhouse fl-Għasri, iddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn irriżulta li kien qed jabbuża mid-droga.

Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza għal ħabta tal-5 p.m.

Dan wassal biex mill-ewwel stħarriġ tagħha, il-pulizija arrestat seba’ Maltin li kellhom droga ekstasi u marijuana.

Huwa mifhum li dawn il-persuni kienu sejrin boat party.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga.