Seba’ kċejjen fil-pjazza tax-Xewkija

Għall-ewwel darba, f’Għawdex, se jkun qed isir l-International Food Festival. Dan se jkun organizzat fil-pjazza ewlenija tax-Xewkija.
Il-festival se jsir nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru, u fih se jieħdu sehem 7 kċejjen internazzjonali li se joffru għażla ta’ xejn inqas minn 50 platt differenti.
Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana waqt konferenza tal-aħbarijiet li spjegat kif dan l-avveniment se jagħti promozzjoni speċjali lill-prodott Għawdxi.
Is-serata se tkun nimata minn sessjonijiet ta’ live band u animazzjoni għat-tfal.
Id-dħul huwa b’xejn u se jkun hemm servizz mill-karozzi tal-linja mill-port tal-Imġarr għax-Xewkija u lura.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit: maltainternationalfoodfestival.com