Seba’ każini tal-banda jingħaqdu bejniethom għal festival

Seba’ każini tal-banda ngħaqdu flimkien biex xaharejn oħra jniedu l-‘International Wind and Percussion Festival’.
Il-proġett irċieva fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ permezz tal-iskema t-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda fejn fost l-oħrajn se jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ biex jattendu workshops ma’ mużiċisti internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li l-programm se jkun jinkludi lezzjonijiet individwali ta’ mużika kif ukoll taħdidiet u lectures fuq strumenti.
Dan il-festival se jsir bejn l-20 u l-24 ta’ Settembru li ġej u l-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa għall-persuni taħt l-età ta’ 30 sena u għalliema li jagħtu s-servizzi tagħhom lill-iskejjel tal-mużika fil-każini tal-banda. 
Ritratt: DOI – Jason Borg