7 jmutu hekk kif lanċa tegħreq barra l-kosta Torka

Tal-anqas sebgħa persuni mietu wara li lanċa mimlija immigranti għereqet waqt li kienet qed tbaħħar tul il-Lag Van fit-Turkija.

Kien hemm 64 persuna li kienu salvati mill-forzi tas-sigurtà Torok.

Il-lanċa għerqet qrib Adilcevaz fil-provinċja ta’ Bitlis u qrib il-fruntiera mal-Iran minn fejn spiss jibdew vjaġġi ta’ immigrant diretti lejn l-Ewropa.