​Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa

Il-Ministeru għat-Trasport qal li t-tielet fażi tal-proġett tal-Marsa Junction se tkun l-akbar waħda għax se tinkludi l-bini ta’ seba’ flyovers biex tissolva l-problema tat-traffiku u tiżdied is-sigurtà fit-toroq. 
Tħabbar li dawn il-flyovers se jiġu mibnija bil-ħsieb li jidderieġu t-traffiku lejn il-lokalitajiet differenti u li se jiġu eliminati wkoll diversi traffic lights li jżommu t-traffiku mwaħħal. 
Il-Ministeru għat-Trasport qal li issa nfetħet is-sejħa għat-tielet fażi tal-proġett tal-Marsa-Addolorata ‘junction’. 
Intant diġà ngħalaq it-tender għall-ewwel fażi u dak tat-tieni fażi qiegħed fil-proċess tal-aġġudikazzjoni.
Ritratt: MTIP