Seashells Resort tiċċelebra s-suċċess tagħha

Wara investiment permezz ta’ ristrutturar ta’ €7 miljun, il-lukanda Seashells Resort fis-Suncrest il-Qawra, fakkret l-ewwel sena ta’ operat tagħha mindu sar dan ix-xogħol. Dan sar permezz ta’ riċeviment li ċċelebra s-suċċess.
It-tema tar-riċeviment kienet waħda Maltija bi speċjalitajiet Maltin bħall-qassatat u l-ħobż biż-żejt, kif ukoll ħlewwiet bħall-imqaret u l-ħelwa tat-tork.
L-atmosfera kienet waħda festiva b’daqq ta’ mużika tradizzjonalment Maltija, bil-mistednin iduqu l-prodotti Maltin tal-ikel u x-xorb, li kien jinkludi inbejjed u likuri Maltin.
Kelliemi għal-lukanda fisser is-suċċess tal-lukanda fis-sena li għaddiet bħala wieħed mill-iktar sodisfaċenti. Qal li l-lukanda kellha prenotazzjonijiet minn madwar 25 pajjiż differenti, inkluż żjieda fit-turiżmu lokali.