Sea Watch issalva 52 immigrant ‘il barra mil-Libja

Read in English.

Il-bastiment Sea Watch 3 salva 52 immigrant minn dinghy madwar 47 mil nawtiku ‘l barra minn Zawiya fil-Libja.

Dan ħabbritu l-NGO permezz ta’ tweet fejn spjegat li l-ħidma ta’ salvataġġ saret minn tliet persuni tal-ekwipaġġ. Id-dinghy dehret fl-9.53am minn ajruplan tat-tiftix u s-salvataġġ.

L-għaqda tenniet li mhux se tieqaf tiddefendi u ssalva l-ħajja ta’ persuni f’riskju li jitilfu ħajjithom fuq il-baħar.