Se torqod siegħa anqas jew aktar sbieħ il-Ħadd li ġej?

Għalkemm ninsabu qalb ħafna maltemp u temperaturi baxxi, nhar il-Ħadd li ġej jibda l-ħin tas-sajf. 
Se jibda fis-2am tal-aħħar Ħadd ta’ Marzu, jiġifieri l-25 ta’ Marzu 2018, u jintemm fit-3am, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri fit-28 ta’ Ottubru 2018.
B’hekk sbieħ il-Ħadd li ġej, l-arloġġ se jimxi siegħa l-quddiem, jiġifieri se norqdu siegħa anqas. Iżda fuq nota pożittiva, ħafna jqisu dan iż-żmien fejn tibda titwal il-ġurnata, hekk kif ix-xemx iddum aktar ma tinżel.
Jekk trid torqod aħjar, ara ftit dawn il-pariri.