Se tkun Għawdex fil-jiem li ġejjin?

Jekk fil-ġranet li ġejjin se tkun qed tgawdi l-vaganzi tas-sajf f’Għawdex, sib ċans u żur iċ-Ċittadella.
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, Heritage Malta u l-Kumitat Amministrattiv tac-Ċittadella se jiftħu l-erba’ mużewijiet tal-kastell, kif ukoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi, għall-prezz ta’ €2 kull persuna.
Dawn il-mużewijiet huma: il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex, u d-Dar Storika tal-Gran Castello.
Il-biljetti, validi għal din il-ġurnata biss, jistgħu jinxtraw mis-siti msemmija hawn fuq, inkluż iċ-Ċentru tal-Viżitaturi, minbarra mill-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex.

Ritratt: Ian Noel Pace