Se tiżdied it-tolleranza ta’ 10% fuq l-ispeed camera tas-Siġġiewi

L-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali (LESA), qalet li mil-lum ġie introdott mekkaniżmu ta’ tolleranza ta’ 10% fuq l-ispeed camera fis-Siġġiewi.
Fi stqarijia LESA qalet li din id-deċizjoni ttieħdet wara laqgħa ta’ konsultazzjoni li sejħet l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali  stess mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
L-Aġenzija LESA qalet li hija sodisfatta li minn mindu twaħħlet l-ispeed camera fis-Siġġiewi x-xahar li għadda fuq talba tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, żdiedet is-sigurtà fit-toroq .
Hija appellat ukoll lis-sewwieqa kollha biex isuqu b’attenzjoni għas-sigurtà tagħhom u ta’ kull min juża t-triq.
Aktar kmieni l-Partit Nazzjonalista kkritika t-tneħħija tat-tolleranza minn fuq l-ispeed cameras fit-toroq.
Fi stqarrija, l-PN qal li din hija taxxa moħbija li daħħal il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq is-sewwieqa kollha.