​“Se titwaqqaf il-Qorti tal-Kummerċ” – Bonnici

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar fil-parlament li l-Gvern se jwaqqaf il-qorti tal-kummerċ immexxi mill-Imħallfin Joseph Zammit McKeon u Mark Chetcuti. Dan ser jidħol fis-seħħ fid-12 t’April li ġej. 
Bonnici qal ukoll li l-Gvern se jagħmel tajjeb f’każ li xi każini tal-baned u għaqdiet soċjo-kulturali oħra jisfghu f’riskju li jitilfu s-sede tagħhom minħabba l-liġijiet tal-kera.  
Il-Ministru kien qed jitkellem fid-diskuzzjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda il-Kodici Civili. Huwa qal li minkejja l-kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni, li kieku l-Gvern m’għamel xejn, fl-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, diversi negozjanti kien se jispiċċaw ma għandhomx minn fejn jaħdmu.  
Il-Ministru Bonnici qal li jaqbel ma’ dak li qal ilbieraħ id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.