Read in English.
Mistoqsi dwar jekk hux se jirreżenja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal “le”.
Delia qal dan mal-ġurnalisti li nġabru quddiem id-Dar Ċentrali hekk kif mistennija ssir laqgħa oħra tal-grupp parlamentari tal-PN. Wara, baqa’ dieħel fid-Dar Ċentrali fejn laqgħuh xi partitarji. Uħud minnhom għajru lill-ġurnalisti.
Ftit tas-sigħat qabel ma tfaċċa Delia kienu qed iduri messaġġi jappellaw lin-nies biex jinġabru quddiem id-Dar Ċentrali biex juru l-appoġġ tagħhom lil Delia. Fost il-messaġġi li ra Newsbook.com.mt kien hemm partitarji li appellaw lin-nies imorru għax “hemm bżonn attendenza kbira”.
Wieħed mill-messaġġi li bdew iduru:

Xeni mid-Dar Ċentrali:
Ilbieraħ Pierre Portelli ħabbar fuq il-midja soċjali li rreżenja mill-irwol tiegħu bħala Kap tal-midja tal-PN ftit wara laqgħa taħraq tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
APPELLFtit ħin ieħor…laqgħa importanti tal-Grupp Parlamentari tal-PN.Id-deputati li jirrappreżentaw lill-votanti…
Posted by Dione Borg on Tuesday, June 18, 2019
Filmat: Monique Agius