Se tippruvah l-iOS12?

Issa tista tniżżel il-verżjoni prova tal-iOS 12 jekk għandek iPhone jew iPad. Iżda moħħok hemm, ħu ħsieb li kull tip ta’ informazzjoni li għandek tagħmel backup tagħha qabel tniżżel il-programm.

Biex tniżżel il-verżjoni l-ġdida, idħol fuq s-sit elettroniku tal-Apple u segwi l-istruzzjonijiet hemm.

L-iOS 12 se jkun imniedi b’mod uffiċjali fil-Ħarifa. Skont Apple, din il-verżjoni għandha numru sostanzjali ta’ titjibiet.

Fost dawk imsemmija, hemm, Group FaceTime calls, titjib fl-applikazzjoni tar-ritratti, Siri li hija aktar intelliġenti u Memoji, avatar apposta li jikkopja l-espressjonijiet ta’ wiċċek.

Skont Apple, din il-verżjoni se tkun qed taħdem fuq iPhone X, iPhone 8, iPhone 8 Plus, iPhone 7, iPhone 7 Plus, iPhone 6s, iPhone 6s Plus, iPhone 6, iPhone 6 Plus, iPhone SE u iPhone 5s.