“Qegħdin ngħixu fi żmien pandemija oħra. Fl-istorja tagħha, id-dinja għaddiet minn ħafna pandemiji, imma bejn waħda u oħra jgħaddi ż-żmien u ħadd ma jiftakar ta’ qabilha… Xogħolna se jkun li nsibu tilqima li tibqa’ tgħodd għall-bniedem anki wara li tgħaddi l-pandemija u l-bniedem ikun nesa minn xiex għadda u jerġa’ jaqbad il-ħajja tiegħu ta’ qabel.”
Hekk jgħid wieħed mill-karattri fid-dramm virtwali li tellgħu l-istudenti tal-iskola St Michael fuq kitba ta’ Robert Aloisio.
F’din l-iskola mmexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina MUSEUM kull sena jsir dramm b’messaġġ għal żmien il-Milied, dramm li hu marbut mat-tradizzjoni ta’ din l-iskola. Din is-sena minħabba l-imxija tal-COVID-19 ma setgħux jaħdmu dramm tal-Milied bħas-soltu, għalhekk minflok ħasbu fi dramm virtwali.
L-iskola ddedikat dan id-dramm għal Joseph Agius, għalliem maħbub li tilef ħajtu f’Ottubru.