Se tinħoloq middle class ġdida – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se tinħoloq middle class ġdida, se jiżdied ix-xogħol, u li se jiġi eliminat il-faqar.
Fi stqarrija maħruġa fl-okkażjoni tal-ewwel sena tal-Gvern, Muscat qal li l-uniku għan tal-Gvern huwa li jtejjeb lil Malta.
Skont Muscat, minkejja li s-soltu min ikun sejjer tajjeb jagħmel pass lura, il-Gvern se jżid ir-rittmu ekonomiku u se jkun Gvern magħqud.