Se tinħoloq Cloud Ewropea ġdida għax-Xjenza

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pjan li permezz tiegħu din is-sena se toħloq Cloud Ewropea miftuħa għax-Xjenza u mis-sena d-dieħla, tiftaħ b’mod awtomatiku d-data xjentifika kollha.
B’hekk, 1.7 miljun riċerkatur u 70 miljun professjonist tat-teknoloġija u tax-xjenza jkollhom għodda ġdida fejn ikunu jistgħu jaħżnu, jaqsmu u jużaw mill-ġdid id-data tagħhom.
Spjegat li din l-infrastruttura tal-ogħla livell se twassal biex l-Ewropa tieħu sehem fit-tellieqa dinjija għall-informatika. Maż-żmien se tiġi estiża għas-settur pubbliku u l-industrija.
B’kollox, dan il-proġett mistenni jlaħħaq l-investiment ta’ €6.7 biljun.