Se tingħalaq triq fil-Marsa

Partijiet minn Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa, se jingħalqu għat-traffiku bejn għada u nhar il-Ġimgħa.
Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li nhar l-Erbgħa, il-karreġġjati li jagħtu lejn in-nofsinhar biswit il-Marsa North Distribution Centre ta’ Enemalta plc, mill-inħawi tal-Menqa għal ħdejn Is-Salib tal-Marsa, se jkunu magħluqin bejn id-9.30am u t-3pm.
Spjegat ukoll li bejn it-3pm u l-għada l-Ħamis fid-9.30 se jingħalqu l-karreġġjati tal-istess parti tat-triq li jagħtu lejn in-naħa l-oħra, mis-Salib tal-Marsa lejn il-Menqa.
Mid-9.30am tal-Ħamis sal-għada fl-istess ħin din il-parti tat-triq se tkun magħluqa miż-żewġ naħat.