Se tingħalaq triq f’Ħ’Attard

Triq Santa Katerina, f’Ħ’Attard se tkun magħluqa għal ftit jiem minħabba li se jsiru xi xogħlijiet.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li se tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet tat-triq.
Ix-xogħol se jsir bejn it-8pm u l-5am mil-lejla għal ftit jiem.
Is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi, isuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.