Aġġornata: Se tingħalaq parti minn Triq Għajn Tuffieħa

Aġġornata l-Erbgħa 21/10:
Transport Malta avżat li x-xogħlijiet se jibqgħu għaddejjin sal-Erbgħa 28 t'Ottubru. 
Spjegat li t-triq se tkun aċċessibbli bejn il-5.00am u s-7.00pm imma ħeġġet lis-sewwieqa biex, jekk jista' jkun, jevitawha.

Iktar kmieni:
Minħabba li se jsir wiċċ ġdid f’parti minn Triq Għajn Tuffieħa fix-Xemxija, se jingħalqu partijiet mit-triq bejn għada u l-Ġimgħa.
It-triq se tingħalaq bejn is-7pm u l-5am, u se tkun aċċessibbli fil-ħinijiet l-oħra.
Transport Malta appellat lix-xufiera biex isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.