Se tingħalaq it-triq mill-iskatepark għall-Kappara

L-islip road li mill-iskatepark tal-Imsida tagħti għall-Kappara għada se tkun magħluqa mis-7am ’il quddiem minħabba li se jitpoġġew crash barriers ġodda.
Transport Malta qalet fi stqarrija li bħala parti mill-proġett tal-Kappara, se jitneħħew il-crash barriers eżistenti u jitpoġġew oħrajn ġodda.
TM kompliet tgħid li dan bħala parti mill-miżuri ta’ sigurtà tal-proġett f’dil-biċċa mit-triq li jgħaddu minnha eluf ta’ vetturi kuljum.
Finalment, TM talbet lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi, u skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
Il-kumpanija ma qalitx xħin it-triq se terġa’ tinfetaħ għall-vetturi.