Se tinfetaħ id-9 residenza fil-komunità għal Persuni b’Diżabilità

Tħabbar li se tinfetaħ id-disa’ residenza fil-komunità għal persuni b’diżabilità bħala parti mill-proġett Soċjetà Ġusta.
Fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis qal li residenza f’Baħar iċ-Ċagħaq se tgħaddi għand Aġenzija Sapport. Stqarr li dan il-ftehim juri l-ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità mal-Knisja biex tkompli ssir differenza fil-ħajja tal-persuni b’diżabilità u tal-familjari tagħhom.
Anthony Agius Decelis saħaq li l-għan tal-ftehim hu li Aġenzija Sapport tiftaħ dar residenzjali għall-persuni b’diżabilità li tippromwovi l-għajxien indipendenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Agius Decelis attenda għall-iffirmar ta’ ftehim bejn Aġenzija Sapport u l-Franciscan Missionary Sisters of the Immaculate Heart of Mary.