Se tinbidel il-ġurnata ta’ Amici?

Ritratt: Mediaset

Il-Mediaset donnhom li qed jippjanaw strateġija fl-iskeda tal-Canale 5 u wara bosta snin biħsiebhom ibiddlu l-ġurnata li fiha se tixxandar l-edizzjoni ta’ filgħaxija tat-talent show Amici.

Mill-indikazzjonijiet li ħarġu jidher, dejjem jekk ma jkunx hemm aktar bdil, li l-programm Amici mhux se jibqa’ jsir is-Sibt filgħaxija u l-ewwel programm fil-ħin ta’ filgħaxija ta’ dan it-talent show se jkun il-Ġimgħa 28 ta’ Frar fid-9.20pm.

S’issa il-parteċipanti konfermati li għaddew għall-fażi ta’ filgħaxija huma Gaia Gozzi, Giulia Molino, Nyv, Javier Rojas, Talisa Ravagnani, Nicolai Gorodiskii u Valentin Alexandru. Għad jonqos biss tlett postijiet x’jiġu kkonermati biex b’kollox ikun hemm 10 li għaddew għall-fażi finali.

Kurżità interessanti hi li dan il-programm ilu jixxandar is-Sibt filgħaxija sa mill-2012 u l-edizzjoni tas-sena l-oħra bdiet tixxandar fit-30 ta’ Marzu.

S’issa l-indikazzjonijiet huma li s-Sibt filgħaxija jibqa’ okkupat minn C’è Posta per Te li qed jikseb udjenzi rekord għall-Mediaset.