Se tiġri l-Gozo Half Marathon? Illum jew qatt!

Tnediet it-43 edizzjoni tat-Teamsport Gozo Half Marathon, bil-motto Illum jew Qatt.
Din il-maratona, li tiġi organizzata b’mod volontarju, se ssir il-Ħadd 29 ta’ April.
Il-President tal-Gozo Half Marathon Karl Sultana qal li “rridu lil kulħadd jiġri, mhux biss lil dawk li huma mibnija tajjeb għal din l-isfida”.
Min-naħa tagħha, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fakkret kif din il-maratona bdiet bħala ġirja bejn il-ħbieb. Semmiet kif is-sena l-oħra, fost it-800 parteċipant li ħadu sehem, 24% kienu barranin, 58% Maltin u l-kumplament Għawdxin.
Irreferiet għal studju li sar fl-2017, li wera li l-Gozo Half Marathon iġġenerat iktar minn €200,000 f’akkomodazzjoni, fi stabbilimenti tax-xorb u tal-ikel, u f’xiri f’Għawdex.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit www.gozomarathon.org jew is-siti soċjali relevanti.