Se tiġi rrestawrata l-istatwa ta’ San Pawl tal-Gżejjer

L-Awtorità Maltija għat-Turizmu se tkun qed tgħin b’mod finanzjaru lil Din l-Art Ħelwa sabiex tiġi rrestawrata l-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li l-prodott turistiku ma jiddependix biss mill-investiment tal-Gvern imma wkoll mil-ħidma u l-isforzi kollettivi tal-operaturi turistiċi, mill-proġetti tal-Kunsilli Lokali u mir-responsabbilità li jieħdu ċittadini fil-ħarsien tal-ambjent u d-dehra ta’ pajjiżna.