
Il-Mexxejja tal-Korea ta’ Fuq u tal-Korea ta’ Isfel ilbieraħ iltaqgħu ġewwa Pyongyang għal laqgħat dwar id-denuklearizzazzjoni u l-possibiltà li tintemm il-gwerra bejn iż-żewġ partijiet tal-pajjiż. Numru kbir ta’ cittadini tal-Korea ta’ Fuq laqgħu lil Moon filwaqt li xejru l-bnadar tal-Korea ta’ Fuq.
Intant hu mistenni li dawn il-laqgħat iqajmu wkoll diskussjonijiet dwar l-Amerka li tista’ twassal għall-possibilità ta’ laqgħa bejn il-Koreani u l-Amerikani. Madankollu ngħad li l-Amerka tixtieq taraw li tittieħed azzjoni konkreta sabiex tispiċċa l-gwerra fil-Korea.
Illum mistenni li jkomplu d-diskussjonijiet li wara se jwasslu sabiex jagħtu xi dettalji dwar dawn id-diskussjonijiet.