Se tidħol f’xi kamra fuq Facebook?

Delletant ta’ xi ħaġa partikolari, iżda m’għandekx ma' min titkellem fuqha?
Facebook nieda App bil-għan li terġa ssir moda l-idea tal-forum, iżda din id-darba fuq mowbajls, tablets u iPads.
L-App, bl-isem ta’ Rooms, tippermetti li wieħed joħloq forum dwar kull ħaġa. Min joħloq il-forum, ikun jista’ jistieden persuni oħra li għandhom l-istess interessi, ideat jew opinjonijiet tiegħu biex jieħdu sehem fid-diskussjoni. Kull forum ikollu kodiċi uniku.
Josh Miller, li ħoloq din l-App, qal li l-Internet kellu suċċess għax in-nies bdew isibu u jikkomunikaw ma’ persuni li għandhom l-istess ħsibijiet tagħhom. Kien għalhekk li qal li jinsab ċert li Rooms se tkun suċċess ieħor.