Read in English.
Aħbar li ħasdet lil bosta lbieraħ filgħaxija u ħafna oħrajn dalgħodu hija li miet f’età ta’ 25 sena Joseph Cilia Aquilina, persuna magħrufa sew fil-qasam tal-futbol. Joseph kien l-Assistant Referee Nazzjonali.
Omm Joseph, ħabbret li Joseph se jkun mqiegħed illum fil-kappella tal-Capua għal dawk kollha li jixtiequ jagħtuh l-aħħar tislima. Hija kitbet li Joseph se jibqa’ dejjem f’qalbhom.

Il-Malta Football Association ukoll sellmet il-memorja ta’ Joseph u filwaqt li bagħtet il-kondoljanzi lill-familja tiegħu, iddeskrivietu bħala aprtitarju mimli passjoni għat-tim nazzjonali.

Kondoljanzi lill-qraba ta’ Joseph f’dan il-mument ferm diffiċċli.
Strieħ fis-sliem!