Se tibda tinġabar borża bl-iskart organiku f’5 lokalitajiet

Fil-jiem li ġejjin se jitnieda proġett pilota ta’ ġbir ta’ borża għall-iskart organiku.  
Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Mingħajr ma tandikazzjoni speċifika dwar data meta fil-fatt se jibda l-proġett pilota, Brincat spjega li 
l-proġett pilota għall-introduzzjoni ta’ borża għall-ġbir ta’ skart organiku minn djar residenzjali se jkun qed isir f’ħames lokalitajiet f’Malta.