Se tgħaddi asterojde viċin ħafna tad-dinja!

Asterojde kbira daqs swimming pool tal-logħob olimpiku mistennija tgħaddi ferm viċin id-dinja. Din l-oġġett fl-ispazju se jkun qed jgħaddi viċin id-dinja b’distanza ta’ 27,700km, l-iktar darba li oġġett fl-ispazju resaq lejn id-dinja.

Din l-asterojde se tkun saħansitra iktar viċin mis-satelliti li hemm jduru mad-dinja. Madanakollu, xjentisti qed jeskludu l-possibilta’ li tintlaqat id-dinja. Dan l-oġġett fl-ispazju se jkun qed jersaq l-iktar viċin għall-ħabta tas-7:30pm, u se jkun jista’ jidher anke b’teleskopju jew saħansitra sempliċi binoklu.

Minn hawn Malta ma tantx se jkollna possibilta’ li narawha, għax se tkun qed tgħaddi l-aktar viċin tal-Oċean Indjan u l-Asja.