Se tingħalaq karreġġjata fi Triq Reġjonali kull filgħaxija

Read in English.

Infrastructure Malta ħabbret li l-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Reġjonali se tkun magħluqa minn għada, sa nhar il-Ġimgħa. 
Fuq Facebook, hija ħabbret li l-karreġġjata bejn ir-roundabout fuq il-pont bejn Santa Venera u Birkirkara u l-Mini ta’ Santa Venera se tkun magħluqa għal xogħlijiet ta’ titjib tat-triq.
Din se tingħalaq minn għada it-Tnejn 26 t’Awwissu sal-Ġimgħa 30 t’Awwissu, mit-8pm sal-5am ta’ kuljum. Il-korsiji kollha jkunu miftuħin fil-bqija tas-sigħat.  Se jkun hemm tabelli għal rotot alternattivi minn Santa Venera u l-Ħamrun.

🚧 Overnight road works: From #tomorrow (Monday, 26th August) to Friday (30th August), 8pm to 5am 🌃, we are closing…

Posted by Infrastructure Malta on Sunday, August 25, 2019