​Se ssir l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Djaknu mix-Xagħra

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju se ssir l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Dun Joseph Hili mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra.
L-Ordinazzjoni se ssir fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta tar-Rabat, Għawdex.
Fi stqarrija, id-Djoċesi ta’ Għawdex qalet li Dun Joseph Hili twieled ix-Xagħra, fil-25 ta’ Marzu 1992. Is-sena intermedjarja tas-Seminarju għamilha fil-Parroċċa tal-qaddisin martri Vicente, Sabina u Cristeta, fil-belt ta’ Ávila, fi Spanja. Fid-19 ta’ Marzu 2017 ġie ammess bħala kandidat għall-Ordni Sagri.
Fl-14 ta’ Ġunju fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat se ssir Velja ta’ Talb bi preparazzjoni għall-Ordinazzjoni.
Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet se jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM.