Se ssir l-iżgħar PM fid-dinja

Vesa Moilanen/Lehtikuva/via REUTERS

Sanna Marin ta’ 34 sena se ssir l-iktar Prim Ministru żagħżugħa fid-dinja, hekk kif se tmexxi Gvern ta’ koalizzjoni fil-Finlandja.

Hija kienet il-Ministru għat-Trasport tal-pajjiż u ntgħażlet mill-Partit Soċjo-Demokratiku li tirrappreżenta, biex tieħu post Antti Rinne. Rinne rriżenja minn Prim Ministru wara li tilef vot ta’ fiduċja minħabba strajk tal-posta fil-pajjiż.

Marin se tieħu l-ġurament tal-ħatra din il-ġimgħa. Hi se tmexxi koalizzjoni ta’ ħames partiti, li huma kollha mmexxija min-nisa, tlieta minnhom taħt il-35 sena.

L-iżgħar Prim Ministri fid-dinja bħalissa huma Jacinda Ardern ta’ New Zealand li għandha 39 sena u Oleksiy Honcharuk tal-Ukrajna li għandu 35 sena.

Min hi Sanna Marin?

  • Trabbiet f’appartament mikri ma’ ommha u s-sieħba tagħha
  • Kienet l-ewwel persuna fil-familja tagħha li marret l-università
  • Saret MP fl-2015
  • Saret Ministru f’Ġunju li għadda
  • Għandha tarbija ta’ 22 xahar