Filmat: “Se nuru l-lingwa Maltija x’inhi” – Eliana

Fit-tieni programm minn Nitfa Spettaklu, Eliana Gomez Blanco tkompli titkellem dwar il-parteċipazzjoni tagħha fil-Junior Eurovision.

Il-kantanta Maltija se tkun qed titlaq lejn il-Polonja nhar it-Tnejn li ġej biex imbagħad tibda l-preparamenti għall-edizzjoni tal-Ħadd 24 ta’ Novembru.

Ma’ Frederick Zammit, Eliana titkellem dwar il-mod kif il-lingwa Maltija ġiet inkluża fil-lirika tal-kanzunetta We Are More, u tgħid ukoll x’kienu l-ewwel reazzjonijiet li kellha mill-barrannin, li jsegwu l-andament ta’ dan il-festival.

AQRA: Ilni 8 snin nistinka – Eliana Gomez Blanca

Filmat: Malcolm Agius

Muntaġġ: Sarah Salafia