“Se nibqa’ Chief of Staff waqt li nservi fil-Parlament” – Caruana

Clyde-Caruana-Miriam-Dalli-budget
Miguela Xuereb

Read in English.

Clyde Caruana qal li se jibqa’ chief of staff tal-Prim Ministru (PM) Robert Abela waqt li wkoll jservi fil-Parlament.

Caruana qal dan f’intervista mal-Malta Independent. Hu, flimkien ma’ Miriam Dalli, issa sar Membru Parlamentari (MP) tal-Partit Laburista. Dan wara li rriżenjaw Joseph Muscat u Etienne Grech.

Meta ġie mistoqsi fuq il-kunflitt t’interess, huwa qal li Alex Muscat huwa kemm MP kif ukoll deputy chief of staff. Huwa qal li mhux se jżomm lura milli jikkritika l-Gvern b’mod konstruttiv għax dak parti minn xogħlu.

Clyde Caruana serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Caruana huwa gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus qabel il-ħatra. Caruana kien ukoll arkitett fis-sistema tac-childcare centres b’xejn li ġiet introdotta f’Malta fl-2014.