“Se noħorġu skemi biex l-anzjani li jistgħu, jibqgħu fis-soċjetà” – Muscat

Il-mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat sostna li l-Gvern Laburista se jkun qed joħroġ skemi sabiex jgħin lil dawk l-anzjan li jistgħu jibqgħu jgħixu fis-soċjetà. Dan qalu dalgħodu waqt rally tal-anzjani fil-Belt Valletta.

Intant irrimarka li l-pensjonanti nisa, għadhom wħud mill-iktar persuni f’periklu ta’ faqar fil-pajjiż. Qal ukoll li lill-anzjani li m’għandhomx jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom hemm bżonn jingħatalhom post b’persuni li jieħdu ħsiebhom. Semma wkoll il-bżonn li anzjani li jistgħu jibqgħu jgħixu fis-soċjetà għandhom jiġu nkoraġġuti jagħmlu dan u b’hekk se joħorġu skemi li permezz tagħhom ikunu qed iħallsu nofs il-paga ta’ carer.

Muscat sostna li x-xogħol tal-Gvern Laburista mal-anzjani huwa l-mod kif il-Gvern qed iwettaq il-ġustizzja soċjali tiegħu. Dr Muscat qal ukoll li fl-aħħar snin żdiedu l-pensjonijiet u tneħħiet it-taxxa minn fuq il-pensjonijiet sal-ogħla pensjoni.